Lokali

“Il-valuri tal-familja Maltija għamluni dik li jien illum” – l-Imħallef Rosemarie Aquilina

L-Imħallef Rosemarie Aquilina għamlet isem għaliha madwar id-dinja meta fi Frar tas-sena li għaddiet ikkundannat għal 175 sena ħabs lil Larry Nassar – l-eks tabib tat-tim olimpiku Amerikan tal-Ġinnastika li kien instab ħati bl-abbuż ta’ iktar minn 160 vittma, inkluż diversi minuri.

Hi għamlet kisbet ta’ fama internazzjonali, u giet fdata b’uħud mill-iktar każi kkumplikati. Iżda minkejja dan, l-Imħallef Aquilina tibqa’ kburija li hi Maltija u li qed terġa’ żżur pajjiżna.

Iltqajna magħha fl-aħħar jiem, hekk kif kienet il-mistiedna speċjali tal-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Fiera tal-Ktieb, fejn fost oħrajn kellha l-opportunità li tiltaqa’ u taqsam l-esperjenzi tagħha ma’ avukati Maltin.