Hija ta’ qsim il-qalb li nara dan l-ambjent fis-sistema edukattiva ta’ pajjiżna. Stqarrija iebsa minn Carmel Borg Professur fl-Università ta’ Malta, hekk kif il-Ħamis kien il-mistieden ta’ Robert Cremona waqt il-programm Net Live.
Borg isostni li f’pajjiżna għandna sistema edukattiva li qed tirrendi, imma mhux qed tilħaq lil kulħadd. Sfortunatmanet f’Malta hawn ħafna tfal li qed joħorġu mis-sistema edukattiva mingħajr il-kompetenzi bażiċi… fejn dawn imbagħad jispiċċaw jidħlu f’dinja tax-xogħol prekarja. Huwa saħaq li rridu għalhek inħarsu lejn is-sitema edukattiva tagħna u naraw x’inhuma n-nuqqasijiet kbar li hemm.
Carmel Borg jisħaq li għandu jkun hemm mod strateġiku kif wieħed jilħaq dawk il-familja li huma l-iktar fil-bżonn.
Settur importanti li semma Borg huwa dak tac-chidcare centres fejn hemm bżonn li dawk kollha li jaħdmu mat-tfal f’età daqhsekk tenera, ikunu mħarġa kif suppost. Il-Professur Borg saħaq li fit-tfulija bikrija hemm bżonn ta’ iktar kwalità fil-qasam edukattiv
Carmel Borg sostna li d-diversi direttivi li bħalissa qed jieħdu l-unions edukattivi, ma jawgurawx tajjeb għall-mod kif qed jitmexxa dan is-settur f’livell Minsiterjali.
//= $special ?>