Għall-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici, l-aħħar żviluppi li ħarġu f’dawn l-aħħar sigħat mill-Qorti m’humiex inkwetanti.
Staqsejna lil Ministru Owen Bonnici jekk mhux inkwetat dwar il-fatt li f’dawn l-aħħar jiem, is-sistema ta’ kif jinħatru l-ġudikanti f’Malta se tispiċċa taħt l-iskrutinju tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja u li tliet Ministri tal-Gvern mill-ġdid taħt inkjesta kriminali b’rabta mal-bejgħ tal-Isptarijiet pubbliċi lill-kumpanija Vitals
Fl-aħħar sigħat ukoll il-Qorti ħarġet l-ordni li tinfetaħ inkjesta kriminali fil-konfront tad-ditta legali Chetcuti Cauchi dwar jekk intużax influwenza biex jinxtraw passaporti Maltin lil klijenti prospettivi. Filmati li xxandru minn stazzjon Franċiż kienu ġrew mad-dinja. Mistoqsi jekk dan l-aħħar każ marbut ma’ din l-iskema li għal darb’oħra tappan isem pajjiżna, wasalx il-waqt li l-iskema tiġix sospiża u riformata, Owen Bonnici evita li jwieġeb.C
Erġajna ipprovajna nistaqsuh dwar l-iskema fejn il-Ministru qalilna li xi stejjer li ċċirkolaw dwar individwi partikolari li xtraw il-passaport Malti ma kienux minnhom jew kienu amplifikatiC
Hu qal li l-programm ta’ bejgħ ta’ passsaporti hu wieħed ta’ ġid u hu fost l-iktar wieħed robust mad-dinja kollha.
//= $special ?>