Internazzjonali

Negozjant biljunarju qed jikkunsidra jisfida lil Trump għall-White House

In-negozjant Amerikan Michael Bloomberg, eks Sindku ta’ New York u biljunarju popolari ferm fl-Istati Uniti, qed jikkunsidra li jikkontesta l-elezzjoni Presidenzjali.

Bloomberg, li għandu 77 sena, lest jitfa’ ismu fil-lista tad-Demokratiċi fejn diġa’ hemm Joe Biden u Bernie Sanders bħala favoriti. Iżda skont Michael Bloomberg, sa issa id-Demokratiċi mhux qed jippreżentaw kandidati tajbin biżejjed sabiex jagħtu sfida denja lil Donald Trump.

L-elezzjoni Presidenzjali se ssir fit-3 ta’ Novembru tas-sena d-dieħla.