Taljana ta’ 50 sena tniżżlet minn fuq ajruplan li kien se jħalli l-ajruport ta’ Torino-Caselle fuq titjira lejn Malta.
Dan wara li l-Pulizija mis-sezzjoni tal-Guardia di Finanza ssejħu fuq rapport ta’ serq mid-Duty Free tal-istess ajruport u, wara li analizzaw il-filmati, skoprew li l-mara kienet ħadet fwieħa u krema tad-ditta mingħajr ma ħallset.
Waqt li l-mara ċaħdet l-involviment tagħha, il-Pulizija sabu l-prodotti misruqa fil-bagalja tagħha. Hi mistennija titressaq gall-ġustizzja fis-sigħat li ġejjin.
//= $special ?>