S’issa m’hemm l-ebda rapporti ta’ mwiet wara li ilbieraħ filgħaxija terremot ta’ 4.6 fuq l-iskala Richter laqat il-provinċja ta’ L’Aquila fl-Italja.
It-terremot kellu l-epiċentru tiegħu bejn ir-reġjun ta’ L’Aquila u Forsinione.
Rapporti qed jixhdu li dan it-terremot inħass f’parijiet oħra tal-Italja, fosthom f’Ruma u f’Napli.
Għal xi ħin ġew sospiżi s-servizzi ferrovjarji fuq numru ta’ linji.
//= $special ?>