Lokali

Tifel jittajjar minn mutur fil-Fgura

Tifel ta’ disa’ snin qed isofri feriti ħfief wara li ttajjar minn mutur fi Triq Ħaż-Żabbar il-Fgura, għall-ħabta ta’ 7.40am.

It-tifel Sirjan resident il-Fgura ttajjar minn mutur li kien qed jinstaq minn Taljana ta’ 33 sena li tgħix Marsaskala.

Ambulanza ssejħet fuq il-post, u ħadet lit-tifel l-Isptar Mater Dei. Huwa mbagħad ġie ċċertifikat li qed jsofri minn feriti ħfief.