Tlettax-il persuna mill-Bulgarija ġew ikkundannati tliet snin ħabs fuq serq ta’ ‘pick-pocketing’, kif ukoll li kienu ħadu sehem fi kriminalità organizzata. Il-ħatja, tmien nisa u ħames t’irġiel instabu ħatja li kienu wettqu serje ta’ serqiet żgħar.
Kien fis-7 t’Ottubru tal-2017, li l-Bulgari li l-età tagħhom tvarja bejn il-21 u t-33 sena kienu arrestati fuq serje ta’ serqiet f’Tas-Sliema. Il-Pulizija kienu arrestaw lil dawn il-persuni hekk kif huma kienu sejrin jitilqu għall-ajruport u jitilqu barra mill-pajjiż.
Huma nstabu ħatja ta’ krimanilità organiżżata li kienet qed twassal għall-każijiet ta’ ‘pick-pocketing’. Kien ġie stabbilit li wħud mill-ħatja huma koppji.
L-arrest tagħhom kien sar f’ vann tal-kiri li kien ser iwassalhom minn lukanda f’Tas-Sliema għall-Ajruport. L-arrest kien sar wara jiem t’ osservazzjoni mill-Pulizija mid-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali, li mbagħad ġew mgħejuna mill-Pulizija tad-distrett tas-Sliema u r-Rapid Intervention Unit. Skont il-Prosekuzzjoni persuni huma riċedivi f’diversi pajjiżi oħra. L-Ispettur Jonathan Ransley kien mexxa l-prosekuzzjoni.
//= $special ?>