L-eks plejer Aldrin Muscat kien il-ħames mistieden fir-rokna X’Sar Minnhom? waqt il-ħames sensiela ta’ Replay Preview li xxandar fuq Net Television il-ġimgħa li għaddiet. L-aħjar tal-attakkant mill-Qrendi, kien f’nofs is-snin 90 meta anki kien irnexxielu jirbaħ l-aqwa skorer.