Futbol Sport

Bayern Munich iġibu fix-xejn lil Borussia Dortmund

(Ritratt: EPA)

Il-forma pożittiva ta’ Robert Lewandowski kompliet hekk kif għen lil Bayern Munich biex jegħlbu lil Borussia Dortmund 4-0 fl-Allianz Arena. Lewandowski li skorja doppjetta, skorja fil-15-il logħba ta’ Bayern f’dan l-istaġun u sa issa skorja 22 gowl fiż-żewġ kompetizzjonijiet. Lewandowski fetaħ l-iskor fis-17-il minuta b’daqqa ta’ ras wara kross mil-lemin ta’ Benjamin Pavard. Serge Gnabry irdoppja mal-ftuħ tat-tieni taqsima meta kompla għal ġewwa minn kross ta’ Thomas Müller.

Müller reġa’ spikka meta kwarta mit-tmiem serva lil Lewandowski li ma żbaljax minn qagħda ideali. Ir-raba’ gowl fit-80 minuta bi kross mix-xellug ta’ Ivan Perisic ikun imxellef mill-eks difensur Mats Hummels u spiċċa fix-xibka. Din kienet it-tieni logħba konsekuttiva li Hans-Dieter Flick mexxa lil Bayern Munich wara t-tkeċċija tal-kowċ Niko Kovac ġimgħa ilu.

Bundesliga

Il-Ġimgħa: Cologne v Hoffenheim   1-2

Illum: Mainz v Union Berlin 2-3, Schalke v Fortuna Düsseldorf 3-3, Hertha Berlin v Leipzig 2-4, Paderborn v Augsburg 0-1, Bayern Munich v Borussia Dortmund  4-0

Għada: Borussia Mönchengladbach v Werder Bremen 1.30pm, Wolfsburg v B. Leverkusen 3.30pm, Freiburg v E. Frankfurt   6.00pm

Kif Jinsabu: Borussia Mönchengladbach 22 punt, Leipzig 21 punt, Bayern Munich 21 punt, Hoffenheim 20 punt, Borussia Dortmund 19-il punt, Schalke 19-il punt, Freiburg 18-il punt, Eintracht Frankfurt 17-il punt, Wolfsburg 17-il punt, Bayer Leverkusen 15-il punt, Union Berlin 13-il punt, Hertha Berlin 11-il punt, Werder Bremen 11-il punt, Fortuna Düsseldorf 11-il punt, Augsburg 10 punti, Mainz 9 punti, Cologne 7 punti, Paderborn 4 punti