SANTA LUCIA………….. 0
BIRKIRKARA…………… 2
Santa Lucia: R. Caruana, J. Walker (L. Galea 81’), D. Pinheiro (N. Borg 45+1’), G. Bohrer Mentz, C. Escobar, C. Torres, J. Zerafa (J. Magri Overend 66’), R. Tachikawa, K. Ante Rosero, D. Agius, W. Gomes
Birkirkara: A. Hogg, R. Briffa, C. Attard, O. Carniello (K. Zammit 88’), I. Ntow, R. Fenech, M. Guillaumier, C. Prado (M. Mifsud 91’), M. Vella, E. Luis dos Santos, F. Falcone
Imwissija: J. Zerafa 36’, D. Agius 61’, C. Torres 79’ (S), C. Attard 45’ (B)
Skorja: E. Luis dos Santos 37’ pen, 62’ (S)
Referee: Malcolm Spiteri
Assistenti Referees: Jurgen Spiteri, Duncan Spencer
Il-mument Plejer tal-logħba: Caio Prado (Birkirkara)
BOV Plejer tal-logħba: Edison Luis dos Santos (Birkirkara)
Attendenza: 479
Birkirkara rritornaw għar-rebħ wara nuqqas ta’ tliet logħbiet meta għelbu lil Santa Lucia 2-0 b’gowl f’kull taqsima ta’ Edison Luis dos Santos, magħruf aħjar bħala Tarabai. Tliet punti meritati għat-tim ta’ Andre Paus hekk kif mingħajr ma kienu dominanti, kienu ftit aħjar mill-avversarji. Birkirkara kellhom nieqes lil Miguel Alba u lid-difensur Enrico Pepe li kien sospiż, b’Cain Attard jiġu utilizzat fil-qalba tad-difiża. Għal Santa Lucia nħass il-midfielder Jackson Mendoza li kien sospiż.
Tarabai falla ċans tad-deheb li jiftaħ l-iskor fit-13-il minuta meta rċieva kross fil-baxx ta’ Caio u inkredibbilment xeħet barra minn quddiem il-lasta. Birkirkara kienu qed jikkontrollaw hekk kif Santa Lucia naqsu li jkunu perikolużi. Kien fis-36 minuta meta Birkirkara ngħataw penalty għal fawl ta’ Jamie Zerafa fuq Edison Luis dos Santos. Mill-11-il metru, l-istess TARABAI ma kellux diffikultà biex għeleb lil Ryan Caruana.
L-unika reazzjoni ta’ Santa Lucia fi tmiem l-ewwel taqsima kienet daqqa ta’ ras ta’ Carlos Torres minn kross mil-lemin li kienet salvata minn Andrew Hogg. Fuq in-naħa l-oħra fit-43 minuta, Caruana dawwar f’korner bi bravura xutt b’saħħtu ta’ Caio Prado.
It-tieni taqsima żammet l-istess ritmu, bit-tim ta’ Birkirkara joħroġ ftit aktar difensiv. Iżda kien fit-62 minuta li Birkirkara rduppjaw bi free-kick mil-lemin ta’ Prado jsib lil TARABAI li b’xutt fil-baxx li kien imxellef, qarraq b’Caruana.
Dan il-gowl ikkalma aktar lil Birkirkara, għalkemm Santa Lucia pruvaw iwettqu reazzjoni. Fit-72 minuta, free-kick ta’ Gabriel Bohrer Mentz ġie salvat minn Hogg. Minuta wara Hogg kien attent biex dawwar f’korner xutt b’saħħtu tas-sostitut Nick Borg, biex mill-istess korner, daqqa ta’ ras perikoluża ta’ Torres ġiet salvata minn Hogg.
Caio Prado kellu ċans li jniżżel ismu fost l-iskor fit-78 minuta meta antiċipa l-ħarġa tal-gowlkiper Caruana kważi minn nofs il-grawnd, avvanza u ġibed il-ballun fuq il-lemin, iżda l-konklużjoni tiegħu twaqqfet mir-riħ u d-difiża ta’ Santa Lucia biegħedet il-periklu kif setgħet.
//= $special ?>