Futbol Sport

Gudja United jakkwistaw it-tieni rebħa b’għaxar plejers

(Ritratt: Trevor Sollars)

Rapport: James Aaron Ellul

GUDJA UNITED……………………… 3

TARXIEN RAINBOWS…………….. 2

Gudja: J. Debono, Z. Cassar, M.Attard, A. Friggieri (J. Brincat 70’), R. Winchester (P. Sammut 80’), G. Mensah, A. De Barros, A. Jimenez, H. Vella, L. Cremona (C. Santana Barroso 57’), J. Bolanos

Tarxien: R. Briffa, T. Veronese, B. Muscat, T. Murillo (M. Ciantar 45’), A. Andrejic, G. Camilleri, S. Shaba (A. Azzopardi 87’), M. Stanojevic, N.Portelli (V. Tenorio 54’) , P. Kanzurov , D. Zerafa.

Imwissija: M. Attard 15’, Z. Cassar 54’ (G) M. Stanojevic 33, B. Muscat 78’ (T)

Tkeċċa: M. Attard 64’ (G)

Skorjaw: R. Winchester  1’, D. Zerafa 75′ og, A Jimenez 90’ (G), A. Andrejic 25’ 50 (T)

Referee: Etienne Mangion

Assistenti Referees: Roberto Vella, James Muscat

In-Nazzjon Plejer tal-logħba: Aleksa Andrejic (Tarxien Rainbows)

BOV Plejer tal-logħba: Aleksa Andrejic (Tarxien Rainbows)

Gudja wettqu rimonta u ħarġu rebbieħa f’konfront li rriżulta li ma kien xejn faċli għalihom f’battalja bejn żewġ skwadri li jinsabu mal-aħħar sitta fil-klassifika. Għal Gudja din kienet it-tieni rebħa fil-Kampjonat Premier, filwaqt li Tarxien għadhom ma kisbu l-ebda punt.

L-ewwel azzjoni tal-partita wasslet wara 22 sekonda li sarrfet ukoll fl-ewwel gowl għal Gudja, bi żball fatali ta’ Daniel Zerafa ta’ Tarxien bil-plejer tal-Gudja RONALD WINCHESTER ħa vantaġġ mis-sitwazzjoni u tefa’ l-ballun fix-xibka.  Tarxien pruvaw jidħlu fil-partita sitt minuti wara, b’xutt ta’ Andrejic li iżda Debono dawwar għal korner.

Wara 25 minuta logħob, Tarxien ġabu l-gowl tad-draw direttament minn korner minn ALEKSA ANDREJIC, b’xutt b’saħħtu, fejn ir-riħ ukoll kien strumentali biex dan il-gowl seta’ seħħ. Ħdax-il minuta wara xutt b’saħħtu ta’ Gabriel Mensah ta’ Gudja għadda viċin il-lasta, iżda barra.

Intant l-ewwel azzjoni tat-tieni taqsima seħħet fil-50 minuta fejn b’xutt imqabbeż,  Tarxien marru fil-vantaġġ bil-protagonist mill-ġdid ikun ALEKSA ANDREJIC.  Tarxien baqgħu jippressaw hekk kif fis-63 minuta xutt tas-sostitut Tenorio ġie mblukkat mid-difensur ta’ Gudja.

Ftit tal-mumenti wara Miguel Attard waqqa’ lil Andrejic barra l-kaxxa bir-referee Etienne Mangion wera t-tieni karta safra lill-istess Attard. Tlieta u sebgħin minuta u Andrejic tilef ċans tad-deheb li jgħaqqad it-tripletta hekk kif ġie wiċċ imb wiċċ ma’ Briffa, f’azzjoni fejn naqas milli jaħtaf l-opportunità wara li għaddielu ballun tajjeb Shaba.

Żewġ minuti wara minn kross mogħti minn Santana, kien Daniel Zerafa f’tentattiv li jtajjar il-ballun iżda minflok wettaq awto-gowl, li permezz tiegħu Gudja ġabu d-draw. Gudja intant fil-ħin addizjonali rnexxielhom jiksbu l-gowl tar-rebħa b’gowl uniku ta’ ANTONIO MIGUEL JIMENEZ li ta t-tieni rebħa fil-Kampjonat Premier lill-iskwadra promossa.