Futbol Sport

Icardi jrebbaħ lil Paris Saint-Germain kontra Brest

(Ritratt: Reuters)

Mauro Icardi skorja ħames minuti mit-tmiem biex għen lil PSG jirbħu 2-1 kontra Brest, biex b’hekk irritornaw għar-rebħ wara t-telfa kontra Dijon ġimgħa ilu. B’din ir-rebħa, PSG għandhom 30 punt minn 13-il logħba u jinsabu 10 punti fuq Angers.

Angel di Maria kien ta l-vantaġġ lil PSG fid-39 minuta meta qabbeż fuq il-gowlkiper avversarju wara kontrattakk. Il-gowl kien tħassar iżda kien konvalidat permezz tal-VAR. Is-sostitut Samuel Grandsir ġab id-draw fit-72 minuta, sakemm Icardi kien l-aktar wieħed veloċi biex ħa l-ballun u skorja b’xutt fir-rokna ta’ fuq.

Ligue 1

Il-Ġimgħa: Nice v Bordeaux    1-1

Illum: Brest v PSG 1-2, Monaco v Dijon 1-0, Lille v Metz 0-0, Strasbourg v Nimes 4-1, Reims v Angers 0-0

Illum: Rennes v Amiens 3.00pm, Nantes v Saint-Etienne 5.00pm, Montpellier v Toulouse 5.00pm, Olympique Marseille v Olympique Lyon 9.00pm