Futbol Sport

Il-pressjoni fuq Manchester City biex iwaqqfu lil Liverpool

(Ritratt: Premier League)

Liverpool għandhom l-opportunità li jaħarbu bil-kampjonat hekk kif għada f’Anfield jilqgħu liċ-champions Manchester City. Liverpool għadhom bla telfa u tilfu biss żewġ punti f’dan il-kampjonat u fil-preżent jinsabu sitt punti vantaġġ fil-quċċata.

Bħalissa, Liverpool jitqiesu li huma l-aktar fil-forma u l-pressjoni tinsab fuq Manchester City biex jirbħu l-konfront dirett u jnaqqsu d-distakk għal tliet punti biss. It-tim ta’ Klopp jidher invinċibbli bħalissa filwaqt li l-avversarji tagħhom jidher li naqqsu mir-rendiment dominanti li kellhom fl-aħħar żewġ staġuni. Liverpool għandhom rekord mill-aqwa kontra Manchester City f’darhom hekk kif ma tilfux fl-aħħar 16-il logħba kontrihom f’Anfield u tilfu biss logħba mill-aħħar 28 logħba fil-Premier League.

Il-captain ta’ Liverpool Jordan Henderson u d-difensur Virgil van Dijk kienu dikjarati li huma fiżikament tajbin. Klopp se jkollu jgħaddi biss mingħajr Joel Matip, Xherdan Shaqiri u Nathaniel Clyne. Fuq in-naħa l-oħra, il-gowlkiper ta’ Manchester City Ederson wara li weġġa’ fost il-ġimgħa kontra Atalanta. Fil-konferenza stampa tal-bieraħ, il-manager Pep Guardiola ma tax dettalji dwar il-kundizzjoni fiżika ta’ David Silva u Rodri u għalhekk huma meqjusi bħala dubjużi.

Premier League

Ilbieraħ: Norwich v Watford 0-2            

Illum: Chelsea v Crystal Palace 12.30pm, Burnley v West Ham 4.00pm, Newcastle v Bournemouth 4.00pm, Southampton v Everton 4.00pm, Tottenham v Sheffield United 4.00pm, Leicester v Arsenal 6.30pm

Għada: Manchester United v Brighton 3.00pm, Wolves v Aston Villa 3.00pm, Liverpool v Manchester City 5.30pm