Futbol Sport

Is-sitt rebħa konsekuttiva ta’ Chelsea fil-Premier League

(Ritratt: Premier League)

Chelsea telgħu momentarjament fit-tieni post qabel Manchester City hekk kif fi Stamford Bridge għelbu lil Crystal Palace. Din kienet is-sitt rebħa konsekuttiva fil-Premier League għat-tim ta’ Frank Lampard. B’din it-telfa, Crystal Palace baqgħu bi 15-il punt.

Il-gowls tar-rebħa waslu fit-tieni taqsima. L-ewwel kien l-attakkant żagħżugħ Tammy Abraham li fit-52 minuta rċieva bit-takkuna mingħand Willian u skorja b’xutt fil-baxx għal dak li hu l-għaxar gowl tiegħu fil-kampjonat. Chelsea għalqu l-logħba fid-79 minuta b’xutt imxellef ta’ Michy Batshuayi jispiċċa fid-direzzjoni ta’ Christian Pulisic li skorja b’daqqa ta’ ras, gowl li hu l-ewwel wieħed tiegħu fi Stamford Bridge.