Fl-istess ħin li eluf ta’ sewwieqa kienu mwaħħlin fit-traffiku fin-Nofsinhar ta’ Malta, il-Ministru tal-Infrastruttura Ian Borg ħabbar li l-proġett tal-Marsa jinsab nofs triq u t-tielet flyover mistenni jiftaħ qabel iż-żmien.
Bħalissa hemm żewġ toroq ewlenin li jinsabu magħluqa minħabba xogħolijiet infrastrutturali, fosthom Triq Sir Paul Boffa li kkaġunat traffiku qawwi f’Raħal Ġdid, Santa Luċija, Ħal Luqa u partijiet minn Ħal Qormi.
Il-Ministru Borg ħabbar ukoll li hekk kif jitlesta dan il-flyover sal-aħħar tas-sena, it-traffic lights ta’ qrib iċ-ċimiterju Santa Maria Addolorata se jintfew.
Hu rringrazzja lill-pubbliku għal-koperazzjoni tiegħu waqt dan l-‘inkonvenjent minimu’.
//= $special ?>