Lokali

Mistenni maltemp qawwi f’Malta

Il-ġimgħa d-dieħla, il-Gżejjer Maltin se jintlaqtu għall-ewwel darba wara l-istaġun tas-Sajf minn maltemp qawwi, li hu previst tul kważi l-ġimgħa sħiħa.

Maltempata, riħ qawwi u ħafna xita, li għalkemm wieħed jaf ikun qed jistennihom f’dan iż-żmien tas-sena, aktarx joħolqu inkonvenjent fit-toroq Maltin. Dan minkejja li s’issa għad m’hemmx twissijiet uffiċjali.

L-Uffiċċju Meterjoloġiku nfurma lill-pubbliku li jekk ikun hemm lok ta’ xi twissijiet dwar il-maltemp, huma jagħmlu dan fuq is-sit elettroniku tal-Uffiċċju. Barra minhekk, jintbagħatu avviżi wkoll lid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u lill-media lokali biex il-messaġġ ikompli jasal għand kemm jista’ jkun nies u ħalli tkun evitata xi traġedja.