Lokali

Raġel arrestat wara sejba kbira ta’ tajr protett mejjet u bbalzmat

Raġel ta’ 32 sena mill-Mosta kien arrestat mill-Pulizija wara sejba ta’ 53 tajra mejta u ammont ieħor ta’ tajr ibbalzmat. Ammont kbir mit-tajr li nstab huma protetti mil-Liġi.

Għall-ħabta ta’ 12pm, ir-raġel intlemaħ dieħel f’ħanut fi Triq Ġużeppi Callus, fil-Mosta stess, fejn allegatament instab li kellu fil-pussess tiegħu ajkla mejta, li hi tajra protetta bil-Liġi.

Fil-post, il-Pulizija mill-Iskwadra tal-Administrative Law Enforcement sabu t-53 tajra mejta, li kienu fi friża fuq in-naħa ta’ ġewwa tal-ħanut. Fosthom kien hemm ajkli, ċikonji u papri.

Fi tfittxija oħra, din id-darba fir-residenza tar-raġel, instab it-tajr ibbalzmat.

Dawn kollha kienu kkonfiskati mill-Pulizija, bir-raġel inżamm arrestat biex jgħin fl-investigazzjonijiet tal-Pulizija.