Antoine Mifsud Bonnici, li għal snin twal ta servizz mill-iktar utli lil pajjiżna permezz tal-politika, iċċelebra l-85 sena tiegħu.
F’ritratt imtella’ minn Paula Mifsud Bonnici, bintu, Antoine jidher imdawwar minn qrabatu inkluż diversi neputijiet waqt li jiċċelebra għeluq sninu mal-familja li tant jgħożż.
Fir-ritratt tidher ukoll Enrica, neputija ta’ Antoine li sfortunatament ħalliet din id-dinja fis-6 ta’ Settembru li għadda. Bil-familja li tibqa’ tgħożżha bħala parti minnha, kienet ix-xewqa tagħhom li jawgurawlu b’ritratt li fih tidher miegħu u mal-kumplament.
Għal diversi snin u f’diversi leġiżlaturi, Antoine ħadem fil-Kabinett u ġab bidliet fosthom meta serva bħala Segretarju Parlamentari għall-Anzjani. Hu ġie elett ripetutament bejn l-1976 u l-elezzjoni tal-2003 biex kien wieħed mill-iktar membri tal-Gvern Nazzjonalista li servew fit-tul.
Dan apparti li għal snin twal serva lil ġenerazzjonijiet sħaħ fil-professjoni tiegħu ta’ tabib tal-familja, fejn kiem imfittex u maħbub minn ħafna, sakemm irtira.
//= $special ?>