Ħamest irġiel u mara ġew arrestati wara li twettaq rejd mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga f’post ta’ divertiment fil-limiti ta’ San Ġwann.
Il-każ seħħ fis-sigħat bikrin tal-Ħadd filgħodu meta l-uffiċjali arrestaw lis-sitt persuni li l-età tagħhom tvarja bejn it-18 u t-28 sena, lkoll Maltin, residenti l-Fgura, Ħamrun, Ħad-Dingli u Ħal Qormi.
Fil-pussess tas-suspettati nstabu sustanzi llegali, allegatament, LSD, kokaina, kannabis u ecstasy.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>