Tal-inqas tlett persuni tilfu ħajjithom filwaqt li eluf oħra ġew evakwati hekk kif in-nirien qed jifnu lil New South Wales u Queensland fl-Awstralja.
Il-Prim Ministru Scott Morrison saħaq li ġiet imsejħa l-armata sabiex tgħin lill-1,300 pumpier li qed jissieltu sabiex jikkontrollaw dawn il-fjammi meqjusa bla ebda preċedent.
Dan filwaqt li mijiet ta’ ċivili wkoll qed jagħtu sehemhom billi jgħinu fiz-zoni affetwati fejn s’issa inqerdu mal-150 residenza.
Esperti saħqu li n-nixfa qawwija li qed taħkem il-pajjiż tista’ ssarraf f’aktar nirien inkluż fl-akwati ta’ Sydney. Dan hekk kif hemm il-biża’ li minħabba t-temperaturi għoljin, akkumpanjati minn umdità baxxa u rwiefen qawwija – in-nirien ser jitkattru u jkunu ferm diffiċli sabiex jiġu kkontrollati.
//= $special ?>