Taħt Joseph Muscat l-istituzzjonijiet inħakmu minn forzi u min-nies li qegħdin jinjoraw il-ġid komuni u qegħdin jaħdmu għall-konvenjenza politika. Dan b’indħil dirett u tnawwir sistematiku mill-Gvern ta’ Joseph Muscat. L-istituzzjonijiet, li suppost li qegħdin hemmhekk sabiex iħarsu l-interessi tal-poplu minflok qegħdin jaħdmu biex iħarsu l-interessi tal-ftit, b’Joseph Muscat jilgħab bis-saltna tad-dritt skont il-konvenjenza tiegħu.
Fi stqarrija l-Partit Nazzjonalista qal li dan huwa punt ta’ prinċipju għall-Partit Nazzjonalista, li qatt ma jista’ jkun parti mit-tnawwir tal-istituzzjonijiet. Kienu Gvernijiet Nazzjonalisti li waqqfu l-istituzzjonijiet f’Malta u saħħew il-ħidma demokratika tagħhom. Il-Partit Nazzjonalista huwa kburi li waqqaf dawn l-istituzzjonijiet, li sfortunatament mhux qed jitħallew jiffunzjonaw fil-libertà. Aktar minn qatt qabel qed tinħass il-ħtieġa li jkun hawn bidla fil-ħidma tal-istituzzjonijiet sabiex titħares it-trasparenza, tissaħħaħ il-meritokrazija u jitwaqqaf għal dejjem it-tnawwir sistematiku tagħhom min-naħa ta’ Joseph Muscat.
//= $special ?>