Aktar minn żewġ miljun persuna fl-Indja u l-Bangladesh ġew evakwati hekk kif iċ-Ċiklun Bulbul laqat b’saħħa liema bħala l-Bajja ta’ Bengal.
S’issa żewġ persuni tilfu ħajjithom filwaqt li kull servizz ta’ trasport kemm bl-ajru kif ukoll bil-baħar huwa temporanjament sospiż – inkluż l-ajruport ta’ Kalkutta. Huwa maħsub li l-mewġ mistenni jilħaq mas-seba piedi għoli fuq l-art filwaqt li l-irwiefen ser jilħqu l-150 kilometru fis-siegħa.
Kelliema għall-awtoritajiet ħeġġew lill-pubbliku sabiex jibqa’ kalm u ma jinħakimx mill-paniku iżda jfittxu l-ewwel xelter mill-1,500 provduti lilhom.
Ta’ min wieħed jinnota wkoll li fit-traġitt qerrieda taċ-ċiklun hemm is-Sundarbans, waħda mill-akbar foresti madwar il-globu li tilqa’ lit-tigri tal-Bengal li preżentament huma f’risku ta’ estinzzjoni.
//= $special ?>