Il-Ħadd il-Baħrija qamet f’ċelebrazzjoni waħda għal qaddis patrun San Martin. L-attivitajiet bdew biċ-ċelebrazzjoni tal-quddies għal patrun tar-raħal fil-Knisja ddedikata lill-istess qaddis.
Iċ-ċelebrant ħeġġeġ lil dawk preżenti biex juru solidarjetà ma’ kull individwu, l-istess bħalma San Martin għamel matul ħajtu.
Intant, mijiet ta’ persuni rħewla lejn dan ir-raħal għall-fiera li ssir ta’ kull sena f’dawn il-jiem. Net News tkellem ma’ wħud mit-tfal preżenti li qalulna xi tfisser għalihom din il-festa.
Iżda l-attivitajiet ilhom għaddejjin matul il-ġimgħa kollha, kif tispjegalna aħjar tifla li kienet involuta fil-preparazzjonijiet.
Mad-dawra tal-Knisja wieħed seta’ jsib divertiment għal familja kollha, fosthom kant u logħob għat-tfal. Kien hemm ukoll fiera b’ikel tradizzjonali, bil-maġġoranza magħmul minn ikel magħruf għal dan il-jum, bħas-soppa tal-qastan u l-imbuljuta.
//= $special ?>