Lokali

Il-President ta’ Malta jiffirma l-ktieb ‘Tisjir mill-Qalb’

Ġiet fi tmiemha l-fiera tal-ktieb li ilha ssir f’pajjiżna għal snin twal, b’din is-sena tara diversi familji u individwi jattendu bi ħġarhom.

Il-Ħadd, uħud ħadu l-opportunità biex ikunu jistgħu jiltaqgħu mal-President ta’ Malta George Vella flimkien mas-sinjura tiegħu filwaqt li jiffirmalhom il-ktieb ġdid ta’ din is-sena ‘Tisjir mill-Qalb’; ktieb li jikkonsisti f’għadd ta’ riċetti bil-Malti.

Net News tkellem ma’ wħud minn dawk li xtraw dan il-ktieb fejn qalulna għaliex iddeċedew li jixtruh.

Intant, il-kumplament tal-fiera, organizzata mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, kienet tikkonsisti f’diversi kotba għat-tfal u l-adulti. Barra dan, żona mill-fiera kienet iddedikata għat-tfal li setgħu joqgħod jisimgħu l-qari ta’ xi kotba.

It-tema tal-fiera tal-ktieb kienet dwar il-letteratura tal-fantaxjenza u ngħatat l-isem ‘Strange New Worlds’.