Fi Spanja illum qed issir ir-raba’ elezzjoni f’erba’ snin. Dan hekk kif ir-riżultat ta’ April li għadda ma kienx biżejjed biex il-Prim Ministru Spanjol Pedro Sanchez imexxi, għaliex lanqas biss irnexxielu jikkonvinċi partiti oħra għal koalizzjoni.
Spanja ilha sa mill-2015 tisforza biex ikun hemm gvern stabbli f’Madrid. U anke illum, se tkun ferm diffiċli għall-Prim Ministru Soċjalista (PSOE) li jġib maġġoranza. L-istħarriġ tal-opinjoni pubblika jindika li hu mhux talli mhux se jaqbeż il-50% tal-voti, talli se jkun qed inaqqas fuq l-elezzjoni ta’ April.
Il-vot tal-lum qed ikun imtappan mill-instabbilta’ fil-Katalunja. Hemm ukoll biża’ li l-partit radikali VOX ikabbar l-appoġġ tiegħu. F’April, il-partit VOX diġa’ eleġġa 24 siġġu.
