Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet wara li ftit wara nofsillejl tal-Ħadd filgħodu, ingħata n-nar bieb ta’ residenza fi Triq l-Atoċia – fil-Ħamrun. Fuq il-post ġew msejħa uffiċjali tal-Pulizija u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex ikkontrollaw in-nirien.
Filwaqt li fortunatament ħadd ma ndarab fl-inċident, b’rabta mal-każ infetħet inkjesta Maġisterjali mmexiha mill-Maġistrat tal-Għassa Victor Axiak.
//= $special ?>