Il-poplu fir-Rumanija illum ipparteċipa fil-vot tal-ewwel rawnd biex jeleġġi lill-President tal-pajjiż. Il-President Rumen Klaus Iohannis, li jħaddan politika favur l-Ewropa, hu l-favorit għal mandat ġdid fost it-tamiet li hu jirnexxilu jrażżan lill-elementi tan-nazzjonaliżmu li żdiedu fir-Rumanija f’dawn l-aħħar xhur.
Iohannis, li hu membru tal-Partit Nazzjonali Liberali taċ-ċentru-lemin, kellu numru ta’ konfronti mal-Gvern tal-Partit Soċjal Demokratiku tax-xellug li kien ikkrolla x-xahar li għadda. Ir-rivali kbir ta’ Iohannis f’dan il-vot, hi Viorica Dancila, tal-Partit Soċjal Demokratiku u li kienet serviet bħala Prim Ministru għall-Gvern Rumen li kien ħa l-poter fl-2016.
Il-Gvern Soċjal Demokratiku kellu taqbida kbira mal-President Iohannis kif ukoll mal-Unjoni Ewropea minħabba allegazzjonijiet li kien qed jipprova jressaq riformi kontroversjali għall-ġudikatura tar-Rumanija. Dan bil-għan li l-ġudikatura ma tibqax effettiva u biex il-politiċi Soċjal Demokratiċi Rumeni jiggwadanjaw miċ-ċirkustanzi.
//= $special ?>