Lokali

‘Oliver Friggieri – Sketches and Poems’

Għall-ewwel darba, il-pubbliku li se jkollu l-opportunità li jkollu kopja ta’ wħud mill-illustrazzjonijiet kollha li għamel Olivier Friggieri tul il-karriera twila tiegħu.

Dan hekk kif fl-aħħar ta’ Novembru se jkun għall-bejgħ il-ktieb ‘Oliver Friggieri – Sketches and Poems’. Ktieb li jiġbor fih 48 mill-illustrazzjonijiet li pinġa Oliver matul ħajtu. Interessanti l-fatt li l-ewwel imħabba ta’ Oliver kienet lejn l-arti tat-tpnġija u mhux kif jafuh ħafna, lejn il-kitba… namra li eventwalment kibret matul is-snin.

Oliver Friggieri huwa l-aktar awtur magħruf li ppubblika kotba fil-letteratura Maltija, wara Dun Karm Psaila. Il-kotba ta’ Friggieri ġew ippubblikati f’diversi lingwi fosthom bl-Ingliż, il-Franċiż, it-Taljan, il-Ġermaniż u ħafna oħrajn.

Dan il-ktieb jinkludi l-ewwel pubblikazzjoni ta’ abbozzi dettaljati tiegħu fuq il-karta ppreżentati bil poeżija tiegħu u proża kemm bl-Ingliż kif ukoll bil-Malti. 

Oliver offra dawn it-48 biċċa ta’ xogħol oriġinali tiegħu fuq il-karta lill-Professur Victor Grech fl-għajnuna ta’ inizjattivi ta’ karità għal tfal imwielda b’mard tal-qalb konġenitali.

L-idea li dawn l-isketches ikunu ppubblikati kienet ta’ Lea Hogg

Għall-ewwel darba f’dan il-ktieb naraw li Oliver ma jillimitax ix-xogħol tiegħu għal-letteratura biss iżda jinkludi wkoll xbihat dimensjonali tal-arti tiegħu.