Lokali

“Ottimist li flimkien ser nimxu ‘il quddiem” – Clyde Puli

“Ninsab ottimist li jekk nkomplu ghaddejjin bir-ritmu ta’ ħidma li qed nagħmlu flimkien bhalissa se nimxu ‘l quddiem u se niksbu r-riżultati. Il-“Flimkien” hija l-unika formola li tista tmexxina l quddiem u taghtina r-rizultati. Il-flimkien hija l-bidu tal-bidla li rridu ssehh. Flimkien nahsbu. Flimkien nibnu. U flimkien nirnexxu. Dak li nizirghu llum u dak li nkomplu nikkoltivaw ghada ghandu jagħti l-frott mixtieq fil-futur qrib.”

Din id-dikjarazzjoni għamilha Clyde Puli, is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista f’intervista estensiva ma’ il-Mument dwar il-Partit Nazzzjonalista u il-proċess ta’ riforma li ghaddej minnha bhalissa.

Clyde Puli fakkar li l-Partit Nazzjonalista għaddej b’fażi ta’ tiġdid u riformi għaliex hu determinat li jirraprezenta ahjar it-thassib u l-aspirazzjonijiet tal-poplu Malti u Ghawdxi.

Huwa qal li l-PN hu konxju li jehtieg jagħmel it-tibdiliet meħtieġa biex ikun jista’ jimxi ‘l quddiem biex jerġa’ jiżviluppa f’partit b’saħħtu u dinamiku li jagħmluh mill-ġdid il-partit alternattiv għat-tmexxija tal-pajjiż.

Clyde Puli fisser li issa l-Partit jinsab fil-fażi li jibda jgħaġen dawn il-ħsibijiet u suġġerimenti flimkien ma’ ħsibijiet oħrajn li jista’ jkollu l-Partit. Finalment din l-għaġna kollha tkun ippreżentata lill-Eżekuttiv tal-Partit għal aktar diskussjoni u

finalment il-prodott finali jitressaq quddiem il-Kunsill Ġenerali għall-approvazzjoni.

Hu qal li dan il-proċess ta’ riforma skatta fis-sajf li għadda wara li kien il-Kap Adrian Delia innifsu li sejjaħ għal eżerċizzju ta’ riforma mmexxi minn bl-iskop li jisma’ u wara jipproponi lit-Tmexxija, l-ideat kollha miġbura.

Hu qal li n-nies huma mħassba ħafna dwar dak li qed jagħmel il-Gvern. Min-naħa l-oħra n-nies qed jifhmu wkoll li l-Partit Nazzjonalista ilu jitkellem dwar dak li qed jinkwieta lin-nies.Dan kollu jfisser li kemm-il darba n-nies jisimgħu lill-Partit Nazzjonalista b’mod ċar u mingħajr interferenzi, allura r-riżultati jkunu aktar inkoraġġanti għaliex in-nies imbagħad aktar milli tkun tifhem, tibda taġixxi hi wkoll.