Il-Pulizija f’Hong Kong sparat il-gass tad-dmugħ biex tferrex lill-folol li kienu qed jieħdu sehem f’dimostrazzjonijiet ġodda kontra l-Gvern.
L-aħħar inkwiet, waqt tmiem il-ġimgħa ieħor vjolenti, seħħ fir-reġjun magħruf bħala tat-Territorji l-Ġodda, bil-pulizija jikkonfrontaw lill-attivisti lebsin l-iswed wara li dawn imblukkaw it-toroq u għamlu ħerba minn diversi kumplessi kummerċjali fl-inħawi.
Numru ta’ dimostranti li jridu aktar demokrazija għal Hong Kong vandalizzaw stazzjon tal-ferrovija minbarra li kissru ristorant li s-sidien tiegħu kienu meqjusa bħala sostenituri taċ-Ċina. Il-vjolenza nfirxet madwar diversi toroq, fost il-battalji kontinwi bejn id-dimostranti u l-qawwiet għaż-żamma tal-ordni.
Id-dimostranti f’Hong Kong huma rrabjati dwar l-azzjonijiet tal-pulizija fit-territorju li, skont huma, qegħdin jirriflettu livell ta’ brutalità allarmanti. In-nies huma wkoll urtati għaċ-Ċina minħabba l-allegat indħil ta’ Beijing fl-aspetti tal-ħajja libera f’Hong Kong; l-eks kolonja Britannika li fl-1997 kienet għaddiet taħt is-sovranità taċ-Ċiniżi.
//= $special ?>