Sport

Waterpolo u Special Olympics fil-ħames programm Sport Extra

Illum fil-4.50pm fuq Net Television jixxandar il-ħames programm Sport Extra. Fil-programm, apparti servizzi dwar l-ewwel dwell tal-Kampjonat tad-Drag Racing li għandu jibda l-ġimgħa d-dieħla, kif ukoll il-kompetizzjoni X-Waters Malta li għaliha ħadu sehem 200 għawwiem, fl-ewwel parti tingħata importanza lit-tim nazzjonali tal-Waterpolo wara l-kwalifikazzjoni għall-fażi finali tal-Kampjonat Ewropew. Mistieden prinċipali l-kowċ tat-tim nazzjonali Karl Izzo.

Fit-tieni parti tal-programm, b’rabta mal-programm ta’ Special Olympics imwettaq fl-Istati Uniti, il-mistiedna huma Michelle Carmichael li waħda mill-kowċis ewlenin tal-għawwiema Amerikani kif ukoll iż-żagħżugħ Alec Heuermann li dan l-aħħar inħatar l-Ambaxxatur ta’ Special Olympics għall-Istati Uniti.

Sport Extra għandu produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli b’muntaġġ tas-servizzi minn Samira Cachia Spiteri u filmati minn Bernie Dimech.