Lokali

Xokk kbir qalb residenti fi blokka appartamenti fil-Kapitali

‘Nistgħu ngħodduha b’waħda’. Hekk saħqu residenti ta’ blokka appartamenti fil-Belt Valletta wara li l-faċċata tal-blokka tagħhom iġġarfet min-nirien.

Il-każ seħħ ftit wara t-tlieta tal-Ħadd filgħodu fi Triq San Duminku fil-Belt Valletta, meta għal xi raġuni, vettura tat-tip Mercedes ipparkjata quddiem il-bieb tal-imsemmija appartamenti nbelgħat mill-fjammi.

Fuq il-post ġew msejħa minnufih uffiċjali tal-Pulizija u żewġ fire enġines bil-pumpiera jissieltu man-nirien. Filwaqt li l-karozza nqerdet għal kollox, ir-residenti tal-blokka ġew evakwati fejn fortunatament ħadd ma ndarab fil-każ li seta’ potenzjalment kellu konsegwenzi ferm agħar.

Intant il-Pulizija mhux qed teskludi li n-nar tkebbes minn xi sekondi persuni.