Għawdex Lokali Qorti

Għawdex mingħajr Maġistrat

Wara li l-Maġistrat Paul Coppini rtira, il-Qorti t’Għawdex baqgħet bla Maġistrat.

Minkejja li kellhom jiġu appuntati l-Maġistrati Monica Vella u Simone Grech fil-Qorti t’Għawdex, sa issa, l-Għawdxin għadhom jistennew u sadanittant, il-kawżi ġodda għadhom qed jakkumulaw.

Persuni li tkellmu ma’ Net News dwar is-sitwazzjoni qalu li jinsabu frustrati dwar kif l-Għawdxin qed jiġu stmati ta’ ċittadini tat-tieni klassi.