Internazzjonali

HONG KONG: Ikomplu l-protesti, Pulizija jisparaw tiri fuq dimostranti

Pulizija f’Hong Kong sparaw fuq tal-anqas persuna waħda hekk kif il-protesti u l-kaos għadhom qed jirrennjaw fil-pajjiż.

F’filmati li dehru live fuq Facebook, uffiċjal tal-Pulizija jidher joħroġ il-pistola tiegħu hu u jissielet ma’ raġel f’roadblock. Ftit tal-mumenti wara raġel ieħor b’wiċċu mgħammad jidher jersaq lejn il-pulizija li fil-pront sparalu u laqtu f’sidru.

Il-filmat juri l-irġiel jissieltu u l-Pulizija jispra żewġ tiri oħra, għalkemm mhux ċar jekk dawn it-tiri laqtux lil xi ħadd.

Tul il-protesti tal-aħħar jiem, kienu diversi l-okkażjonijiet fejn Pulizija kellhom jużaw il-gass tad-dmugħ u bullets tal-lastiku f’zoni oħra ta’ Hong Kong.

Kelliem għall-isptar fejn ġie rikoverat ir-raġel milqut qal li hu jinsab f’qagħda kritika u li kien qed ikun operat b’urġenza