Lokali

Il-Jum Dinji kontra d-Dijabete

Il-Ħamis 14 ta’ Novembru jaħbat il-Jum Internazzjonali dedikat biex titqajjem kuxjenza dwar il-kundizzjoni tad-Dijabete. Kundizzjoni li hu stmat li taffetwa wieħed minn kull tmien persuni adulti f’Malta.

Bħala parti mill-attivitajiet sabiex titqajjem kuxjenza dwar din il-kundizzjoni, l-għaqda Lions Club Sliema organizzat tellgħet stand fi Pjazza Sant’Anna f’Tas-Sliema fejn persuni setgħu jagħmlu t-test sabiex ikun jafu l-livell taz-zokkor fid-demm.

Minbarra t-test, wieħed jingħata wkoll informazzjoni u pariri  minn nurses speċjalizzati fid-dijabete.

L-Attivita’ saret bil-kollaborazzjoni tal-Assoċjazzjoni Maltija kontra d-Dijabete. Il-programm ta’ attivitajiet se jkompli matul dawn il-ġimagħtejn u jilħqu l-qofol taghhom b’konferenza nazzjonali is-Sibt 23 ta’ Novembru.