Lokali

Il-liġi dwar il-kera se tnaqqas il-liberta’ tal-kuntratt bejn sid u inkwilin – MDA

L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Iżviluppaturi qalet li l-liġi l-ġdida dwar il-kirjiet residenzjali se tkun effettivament qed tnaqqas mill-liberta’ tas-sidien u l-inkwilini li jikkuntrattaw bejniethom.

Fi stqarrija, l-MDA qalet li filwaqt li l-intenzjoni tal-leġislatur hi waħda pożittiva, l-effetti tagħha m’għandhomx jitħallew jaffetwaw il-feel-good factor u jnaqqsu mill-aptit għall-investiment f’dan is-settur.

L-MDA kompliet li fit-tul, il-liġi l-ġdida se twassal għal sitwazzjoni lose-lose kemm għas-sidien kif ukoll għall-inkwilini u tat parir biex is-sidien jieħdu parir legali qabel jidħlu f’kuntratt ġdid.