Lokali

Il-Qorti tikkritika l-liġi riformata dwar id-droga

Deskritta bħala drakonjana,. jew liġi antikwata, il-liġi l-ġdida dwar pussess ta’ droga li saret wara bir-riforma li saret fl-2014.

Din id-darba, il-kritika ġejja dirett mill-Qorti, anzi mill-Maġistrat Natasha Galea Sciberras, li minħabba liġi li qed titqies bħala anomala, spiċċat weħħlet 6 xhur ħabs lil mara ta’ 39 sena talli kkultivat 6 pjanti żgħar tal-kannabis.

Ir-riforma f’din il-liġi kienet ġiet ikkritikata minn diversi persuni, fosthom l-Avukat Franco Debono li lura fl-2016 kien argument li l-qofol tal-liġi dwar il-pussess tad-droga kienet propju d-distinzjoni bejn pussess ta’ droga għall-użu esklussiv tal-persuna, jew pussess bi skop ta’ traffikar jew traffikar innifsu.

Fi sforz li tiddistingwi bejn pusess ta’ pjanti tal-kannabis għall-użu u esklussiv u pussess bi skop ta’ traffikar tad-droga, il-liġi rifurmata ġiet emendata biex tgħid li pussess ta’ pjanta waħda tiġi interpretata li hija għal użu esklussiv filwaqt li pussess ta’ żewġ pjati jew aktar ikunu interpretati bħala li huma għal skop ta’ traffikar.

Debono kien kritika r-riforma fil-liġi u qal li ma jagħmilx sens argument li allura pjanta waħda ta’ żewġ metri trid tiġi meqjusa bħala li hi għall-użu personali filwaqt li żewġ pjanti ta’ 5 ċentimetri għandhom jiġu meqjusta bħala li huma bi skop ta’ traffikar.

Fis-sentenza tagħha,  l-Maġistrat Galea Sciberras, tgħid li l-ligi qed tonqos milli tilħaq l-għanijiet tagħha u minflok qed tpoġġi l-qrati f’pożizzjoni li titfa’ lin-niex il-ħabs anke f’każi fejn il-Qorti ma tkunx konvinta li l-akkużat kien ħaqqhom il-ħabs. 

Il-Maġistrat talbet li kopja tas-sentenza tagħha tintbagħat lill-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici.