Lokali

It-Temp se juri snienu

It-temp se jkun qed jaqleb f’daqqa u għall-agħar fil-gżejjer Maltin hekk kif aktar tard matul il-ġurnata hemm ċans li pajjiżna jintlaqat minn xita qawwija u għargħar, l-aktar fil-postijiet fejn soltu jinġema’ ħafna ilma.

Din it-twissija mistennija tibqa’ fis-seħħ sa minn tal-anqas għada filgħodu.

Riħ qawwi wkoll huwa msemmi għall-ħin li ġej li mistenni jilħaq anke forza ta’ riefnu – jew forza 8.

Mhux eskluz li jkun hemm ukoll xi tromba fuq il-baħar li tista tolqot l-art aktar tard illum