“L-unika ġid li jista’ jsir lil pajjiżna hu li Keith Schembri jitlaq. U jekk ma jitlaqx, għandu jkeċċih il-Prim Ministru”.
Dikjarazzjoni mill-aktar diretta li saret mill-Kap tal-PN Adrian Delia meta llejla kien qed jieħu sehem fil-programm NETLIVE fuq Net Television.
Fl-intervista, Adrian Delia ffoka fuq l-iżviluppi li kellna matul il-jum fil-Qorti fejn Keith Schembri ħarab milli jwieġeb domandi dwar il-kumpanija sigrieta 17 Black. U quddiem dan kollu, minflok ikeċċih, Muscat qed jibqa’ joħroġ għonqu għal Keith Schembri.
“Dan kollu juri biċ-ċar li Joseph Muscat hu bla saħħa quddiem Keith Schembri”, sostna Adrian Delia.
