Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia jisfida lill-Prim Ministu biex jagħmel istqarrija pubblika iżda l-Prim Ministru jirrepti l-istess argumenti ta’ Keith Schembri

Il-Prim Ministru Joseph Muscat llejla warrab minn sfida tal-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia, iddefenda lil Keith Schembri fil-parlament u m’għamilx stqarrija ministerjali wara li dalgħodu Keith Schembri spiċċa waqqa’ libell li hu stess kien għamel biex jevita milli jixhed dwar il-kumpanija 17 Black.

Fil-parlament, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li fil-qrati kien hemm avveniment li fih Keith Scehmbri kellu opportunità li jgħid il-verità fil-qrati. Kien hemm għażla bejn li tingħad il-verità jew li Keith Schembri li jibqa’ jaħrab il-verità fil-kuntest ta’ diversi kawżi oħra.
Hu staqsa jekk hux se ssir stqarrija ministerjali dwar dak li ġara filgħodu fil-qorti u qal li hu se jispeċifika fuq xhix il-Prim Ministru għandu jagħmel stqarrija ministerajli. Adrian Delia staqsa jekk dak li seħħ fil-qorti hux aċċettabbli għall-Prim Ministru, jekk il-Prim Ministru hux se jibqa’ jaċċettah u jekk hux se jagħmel distinzjoni bejn ir-responsabbiltà politika u kriminali.
Il-Prim Ministru qal mhux se jagħmel stqarrija għax Keith Schembri se jkun mistoqsi fl-inkejsta maġisterjali u allura kellu parir li ma jweġibx fil-kawża fil-miftuħ. Joseph Muscat kompla li hu dejjem jirrispetta d-deċiżjonijiet tal-qorti u akkuża lill-Oppożizzjoni b’inkonsistenza u żied li l-parir legali li għandu Keith Schembri hu li jweġeb biss fl-inkejsta, li se tkun magħrfua..
Il-Kap tal-Oppożizzjoni talab il-permess tal-Kamra biex jagħmel tliet punti li fuqhom qed jitlob lill-Prim Ministru jwieġeb dwarhom. Il-Gvern ma tax permess lill-Kap tal-Oppożizzjoni jagħmel il-punti tiegħu u għalhekk ma ngħatax il-kelma.
F’dan l-istadju l-parlament kompla bix-xogħol skont l-aġenda li kellha tiddiskuti l-Liġi dwar l-Ugwaljanza fejn tkellem il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia li qal li l-Prim Ministru qed juri propju kif m’għandhiex tkun prattikata l-ugwaljanza billi jaħseb li fil-pajjiż għandu jkun hawn min ikollu trattament speċjali quddiem il-qrati. Hu qal li l-Prim Ministru jemmen li l-liġi ma tapplikax għal persuni viċin tiegħu kif għandha tapplika għal ċittadini normali meta dawn ikunu msejħa biex jixhdu.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni kompla li l-Prim Ministru ma jemminx li politiku għandu jpoġġi lilu nnifsu għall-iskrutinju pubbliku u ddikjara li l-aktar persuna qrib tiegħu m’għandux jixhed fil-qorti. Adrian Delia kompla li l-Prim Ministru qed jiddikjara li l-ugwaljanza ma tgħoddx għal dawk li huma qrib tiegħu.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li l-Prim Ministru jrid jifhem id-differenza bjen ir-responabbiltà politika u dik kriminali u sostna li kull politiku hu sottomess għall-istrkutinju pubbliku. Ma tistax tibqa tiġi l-parlamrnt u tgħid li dak li qed iseħħ fil-pajjiż hu normali f’demokrazija normali tal-punent. Il-Prim Ministru għandu jara li Keith Schembri, wara l-aġir tiegħu fil-qrati li ma jgħidx il-verità u nsista li ma jixhidx, ma jibqax fil-kariga tiegħu. Hu staqsa jekk Keith Schembri hux se jirriżenja minn rajh u jekk il-Prim Ministru hux kuntent ih. Dan fil-kuntest tar-rapporti kontinwi internazzjonali li qed iwisu lill-Gvern li qed ikisser ir-reputazzjoni tal-pajjiż.
Adrian Delia kompla li l-Prim Ministru kellu l-obbligu li jiddikjara li Keith Schembri ma jibqax jokkupa funzjoni pubblika. Il-Prim Ministru kompla jitfa’ t-tajn għax tajn biss jista’ jitfa’, sostna Adrian Delia, li qal li hu qatt ma ntalab li jitla’ jixhed u ma telax. Jekk hemm xi ħaġa li l-investigaturi jridu jinvestigaw dwaru, hu lest iwieġeb, sostna Adrian Delia.
Adrian Delia tkellem dwar dak li jrid jaħbi Keith Schembri u qal li dan iddikjara li jekk jixhed jinkrimina lilu nnifsu. Keith Schembri għandu dritt ma jweġibx biss jekk hu jħoss li bil-ġurament jgħid li kiser il-liġi.
Flok għolla r-reputazzjoni tal-pajjiż, il-Prim Ministru llum reġa’ għażel li jiddefendi lil ta’ madwaru. L-interessi tal-Prim Ministru huma li, kontra kull ħsieb u loġika, jiddefendi biss lil dawk li huma qrib tiegħu u mhux lill-poplu. Din l-istorja mhux se tieqaf hawn għax il-verità kollha trid toħroġ.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li ma kull ġurnata li tgħaddi l-Prim Ministru qed jgħarraq ir-reputazzjoni ta’ Malta. Il-ministri kollha huma tal-istess ħsieb dwar jekk il-Prim Ministru għandux jibqa’ jiddefendi lil Keith Schembri? M’hemmx ministru wieħed li jgħid li l-ewwel il-pajjiż u mhux li jun protett Keith Schembri?
Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li l-Prim Ministru jaħseb li hemm liġijiet għall-allat u liġijiet għall-annimali. Hu qal li f’moħħ il-Prim Ministru u Keith Schembri, l-għażla tal-ġudikanti hi tal-għażla tagħhom; din hi xi ħaġa perikoluża għad-demokrazija fil-pajjiż.