Lokali

Replay Movember Challenge

Ix-xahar t’Ottubru huwa sinonimu ma’ Pink October, kampanja biex tqajjem għarfien dwar il-kanċer tas-sider.. pero bl-istess mod, ix-xahar ta’ Novembru huwa sinonimu ma’ Movember, kampanja biex tqajjem għarfien dwar il-kanċer tal-prostata u t-testikoli.

F’għeluq l-20 sena tal-program Replay fuq Net Television, minħabba li l-udjenza tal-programm fil-maġġor parti tagħha hija irġiel, it-team tal-produzzjoni mmexxi minn Christian Micallef, ħa l-inizjattiva biex joħloq kampanja ta’ għarfien fuq it-televiżjoni lokali…. bl-isem ta’ Replay Movember Challenge.

Kif inhu sinonimu ma dan ix-xahar, bosta irġiel minn madwar id-dinja jħallu l-leħja tikber bħala parti minn din il-kampanja u t-team tal-programm Replay għamel l-istess permezz ta’ players, uffiċċjali u preżentaturi tal-programm.

Ta’ kull ġimgħa l-programm Replay, filfatt qed ilaqqa’ lit-telespettaturi ma dawn il-protagonisti li huma l-players tat-team nazzjonali Malti, Andrei Agius, Paul Fenech, Rowen Muscat, flimkien mal-goalkeeper Brittaniku Matthew Towns li hu persuna li għeleb il-marda tal-kanċer tliet snin ilu, flimkien mar-referee tal-FIFA Trustin Farrugia Can.

Magħhom jingħaqdu l-producer u preżentatur ta’ Replay Christian Micallef flimkien mal-mistieden residenti tal-program, Konrad Sultana.

It-team ta’ Replay qed iħeġġeġ lil pubbliku biex jipparteċipa biex aktar tinħoloq kuxjenza dwar is-saħħa tar-raġel.