Sport Sport Ieħor

Federer jirkupra mit-telfa fl-ewwel konfront tal-ATP Finals

(Ritratt: EPA)

Roger Federer irkupra mit-telfa kontra Dominic Thiem fl-ewwel logħba biex għeleb lil Matteo Berrettini 7-6, 6-3 u żamm baqa’ jittama li javvanza sas-semifinali. F’din il-kompetizzjoni, Federer naqas li jikkwalifika darba biss mal-aħħar erbgħa fil-karriera tiegħu. Federer li għandu 38 sena, jilgħab kontra s-Serb Novak Djokovic il-Ħamis.

“Għamiltha s-sena l-oħra u għalhekk għandi ftit esperjenza imma ninsab kuntent kif lagħbt. Kien hemm ħafna modi kif nirkupra minn din it-telfa. Kemm kont mat-tfal tiegħu kien biżżejjed. Ma naħsibx li kollox kien ħażin fl-ewwel logħba. Kont preparat illum u dak li jgħodd l-aktar. Nittama li nżomm dan il-livell u nitjieb ftit aktar fil-logħba li jmiss,” qal Federer.