Il-ħatriet tal-ġudikatura għandhom ikunu ħielsa mill-indħil politiku partiġġjan.
Dan kien kliem l-Imħallef ta’ fama internazzjonali Rosemarie Aquilina, li hi ibbażata f’Michigan, meta t-Tnejn kienet intervistata minn Amy Borg fil-programm Net Live.
“Jien naħseb li jkun hemm kunflitt ta’ interess, għax Kapijiet tal-Istati, Gvernaturi, Prim Ministri, f’kull parti tad-dinja, kif tista’ tiġri, u meta tigri, ma jkunx hemm seperazzjoni bejn l-Istat u l-Qorti, għalhekk l-imħallfin iħossuhom kostretti li jiddeċiedu kif tiddeċiedi l-persuna li ħatrithom, u mhux dwar il-każ li hemm quddiemhom”.
L-imħallef ta’ 61 sena, li ddominat l-aħbarijiet fl-2018 wara li tat sentenza ta’ għomor il-ħabs lil pedofelu fl-Istati Uniti… qalet li d-deċiżjoni li jinħatru maġistrati u mħallfin bi sfond politiku turi nuqqas ta’ imparzjalità.
Bħalissa, din il-kwistjoni tal-ħatriet tal-gudikaturi hija tema taħraq ħafna, tant li hemm kawża pendenti li waslet sal-Qorti Ewropea. Għalkemm il-Gvern qed jibqa’ jirreżżisti.
//= $special ?>