Il-kumpanija li tmexxi l-operat tal-Gozo Channel ħabbret li ġie sospiż is-servizz tal-bastimenti bejn Malta u Għawdex kawża tal-maltemp qawwi.
Dan hekk kif pajjiżna ilu għall-aħħar sigħat jintlaqat minn maltempata qawwija b’xita u riħ li qed ilaħħaq għal saħħa ta’ riefnu.
Fi stqarrija fuq il-midja soċjali, id-Deputat Chris Said esprima solidarjeta mal-Għawdxin li ma jistgħux jirritornaw lura mix-xogħol b’uħud minnhom maqbudin fuq vapur marbut mal-moll taċ-Ċirkewwa.
Fakkar li l-Għawdxin iridu jew ma jridux ikollhom jaqsmu, min għax għandu appuntament l-Isptar, min għax-xoghol, min għall-istudju jew xi eżami u min għax irid jaqbad xi titjira mill-ajruport.
//= $special ?>