L-armata Iżraeljana ħabbret li f’attakk li sar matul il-lejl inqatel il-kap tal-Ġiħad Iżlamika, Baha Abu Al-Atta, f’attakk immirat u intenzjonat. Rapporti qed jgħidu li mart Al-Atta nqatlet ukoll fl-isplużjoni li ħarġet mill-bini fid-distrett ta’ Shejaiya f’Gaza.
Fl-istqarrija tagħha, l-armata Iżraeljana qalet li dan l-attakk sar fid-dawl tal-fatt li Baha Abu Al-Atta kien responsabbli ta’ serje ta’ attakki filwaqt li kien qiegħed jippjana attakki oħra mhux biss fuq Iżrael.
Hamas wieġbu għal dan il-qtil billi sostnew li huma żgur se jfittxu ġustizzja.
//= $special ?>