Lokali Parlament

Ftit biss wara l-budget…addio l-geopark

Wara li ftit ġimgħat ilu l-gvern kien ħabbar li se jagħmel l-ewwel geopark fil-pajjiż, issa l-Ministru għall-Ambjent Josè Herrera iddikjara li dan il-geopark fil-fatt mhux se jsir. 

Dan irriżulta minn tweġiba tal-istess Ministru Josè Herrera għal mistoqsija parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Jason Nazzjonalista li staqsa lill-Ministru għall-Ambjent jispeċifika fejn se jsir dan il-geopark li tħabbar propju fl-aħħar budget.

Il-Ministru għall-Ambjent wieġeb li l-kummissjoni konsultattiva maħtura biex tidentifika siti potenzjali kellha diversi diskussjonijiet fejn kien stabbilit li minħabba d-daqs ta' Malta ma kienx se jkun possibbli li jkun stabbilit geopark f'Malta.

Il-Ministru Herra qal li issa l-Ministeru għall-Ambjent qed jiffoka fuq il-possibbiltà li jkunu identifikati siti naturali li jistgħu jkunu magħrufa bħala wirt dinji tal-UNESCO.