Għawdex Lokali Temp Transport

Għexieren ta’ persuni maqbuda fit-terminal taċ-Ċirkewwa

Mijiet ta’ persuni li spiċċaw mix-xogħol f’Malta spiċċaw maqbuda fit-terminal taċ-Ċirkewwa mingħajr ebda ħjiel meta se jirritornaw f’darom, f’Għawdex.

Dan hekk kif il-vapuri tal-Gozo Channel ilhom għall-aħħar sigħat bis-servizz tagħhom sospiż minħabba l-mewġ qawwi bejn iż-żewġ gżejjer. Fost dawk milquta, diversi għalliema u edukaturi li jaħdmu fl-iskejjel f’Malta.

Persuni li tkellmu magħna spjegaw kif fit-terminal hemm sitwazzjoni ta’ diversi persuni b’ta’ fuqhom senduqhom, bil-familji u t-tfal jistennewhom id-dar.

Inħolqot ukoll sitwazzjoni fejn il-kmamar tal-banju mhux aċċessibbli għax jidher li t-toilets saħansitra faru u għalhekk ingħalqu wħud minnhom.

Dan apparti li diversi issa qed jispiċċaw bla charge fil-mobile, u allura għandhom diffikulta biex jikkuntattjaw lill=għeżież tagħhom.

Dwar is-sitwazzjoni ta’ diversi ħaddiema Għawdxin li jaħdmu f’Malta, inkluż 245 LSEs li jaħdmu fi skejjel Maltin, tkellem ukoll id-Deputat Chris Said.