Lokali

Ian Borg joħroġ għonqu għal Keith Schembri

Fl-ewwel opportunità li l-Ministru Konrad Mizzi kellu sabiex jaffaċċja l-media wara dak li ġara lbieraħ fil-Qorti rigward il-kumpanija sigrieta 17 Black, huwa sab skuża biex ma jattendix għall-konferenza organizzata mill-Freeport…. biex b’hekk ħarab mill-mistoqsijiet tal-ġurnalisti. Dan hekk kif sa ftit minuti qabel bdiet din il-konferenza, Konrad Mizzi kien għadu mniżżel bħala wieħed mill-kelliema li kellu jindirizza lil dawk preżenti. 

Prezenti kien hemm biss il-Ministru Ian Borg, illi kif wiehed stenna, ħareġ għonqu għal Keith Schembri. Dan hekk kif  baqa’ jiddefendi l-għaġir tiegħu fil-Qorti.

Meta kien mistoqsi mill-ġurnalisti il-Ministru Borg qal li l-fatt li Keith Schembri waqqa’ l-libell…. din kienet xi ħaġa li kellu jagħmel.

Il-Ministru, b’mod mill-aktar sorprendenti, qalilna lil Keith Schembri qed jiddefendi lilu nnifsu. Dan meta fil-Qorti lanqas biss fetah halqu, u ghazel li ma jwiegeb l-ebda mistoqsija fil-libell li kien fetah hu stess. U Ian Borg baqa’ jinsisti li Keith Schembri wieġeb il-mistoqsijiet kollha.

Pressat bid-domandi tal-ġurnalisti, Ian Borg ġab skuża biex jitlaq lhemm u jaħrab milli jkompli jwieġeb.