Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia ltaqa’ ma’ Amal Jadou, Direttur Ġenerali u Deputat tal-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Expatriates tal-Palestina, waqt laqgħa li saret fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista.
Adrian Delia qal li l-Partit Nazzjonalista jemmen fil-ħarsien sħiħ tal-ħajja umana u jrid li jkun hemm il-paċi dejjiema fir-reġjun tal-Lvant Nofsani. Dan jista’ jintlaħaq ukoll permezz ta’ two-state solution għar-reġjun, bi stat indipendenti tal-Palestina flimkien mal-istat tal-Iżrael. Huwa qal li l-gwerer u l-kunflitti qatt m’għandhom ikunu s-soluzzjoni għaliex iġibu biss aktar tbatija u sofferenzi. Minflok is-soluzzjonijiet dejjem għandhom jintlaħqu permezz tal-politika, d-diplomazija u d-djalogu.
Adrian Delia faħħar l-irwol ewlieni li kellu fil-promozzjoni tal-paċi f’dan ir-reġjun, il-President Emeritu Dr Guido De Marco, li serva wkoll bħala Ministru Malti għall-Affarijiet għall-Affarijiet Barranin għal bosta snin. Dan speċjalment fil-kuntest tal-ħarsien tal-ħajja umana u fl-aħjar interessi tal-popli. Huwa qal li fis-sisien u fiċ-ċentru ta’ kull demokrazija dejjem hemm in-nies.
Min-naħa tagħha Amal Jadou tkellmet dwar il-ħbiberija reċiproka u r-relazzjonijiet ferm tajbin li jeżistu bejn iż-żewġ popli filwaqt li tant rendikont tas-sitwazzjoni preżenti fil-Lvant Nofsani.
Matul din il-laqgħa, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia kien akkumpanjat mis-Segretarju Ġenerali tal-PN Clyde Puli u l-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ Carmelo Mifsud Bonnici. Amal Jadou kienet akkumpanjata mill-Ambaxxatur Palestinjan għal Malta Fadi Hanania, il-First Secretary tal-Ambaxxata Zoheir Hazzouri, d-Desk Officer għal Malta Roba Aljamal u mid-Direttur tad-Dipartiment tal-Ekonomija fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u Expatriates Mostafa Barghouti.
//= $special ?>